MyVox jagħmilha faċli biex taħdem u tikkollabora:

  • Tista’ toħloq gruppi rilevanti għax-xogħol u l-interessi tiegħek
  • Aqsam informazzjoni u editja fajls online bl-editur tal-Office integrat.
  • Minflok il-kliem, uża ritratti, stampi u filmati biex twassal il-messaġġ tiegħek
  • Solvu l-problemi flimkien permezz ta’ diskussjonijiet online
  • Tista’ tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet, sħab, klijenti jew kumpaniji relatati
  • Sir af aħjar lill-kollegi tiegħek permezz tal-profili dettaljati.

Ara l-filmat hawn ħdejh biex tagħti ħarsa lejn id-dinja ta’ MyVox.

Qsim faċli tal-ideat

Produttività:

Saħħaħ l-innovazzjoni fil-kumpanija tiegħek. Agħmilha possibbli għall-kollegi kollha tiegħek li jikkonsultaw u jiddiskutu bejniethom. Qed taħdem fuq proġett? Issa l-persuni involuti jistgħu jaħdmu fi gruppi privati.

Tkomplix tirrepeti xogħol li diġà sar. Tista’ tuża l-għarfien u l-progress ta’ kollegi oħra biex iżżid il-produttività tiegħek. Aħdmu flimkien fi gruppi u fuq proġetti. Tispiċċa aktar malajr għax tkun f’kuntatt kontinwu mal-kollegi tiegħek.

Int u l-kollegi tiegħek ma tibqgħux teħtieġu l-kanali l-oħra tal-midja soċjali, li kull wieħed minnhom għandu skop speċifiku. MyVox jiġbor kollox f’post wieħed, u hemm tinsab is-saħħa tiegħu.

Pakketti

Responsabbli lejn l-ambjent:

Prosit! B’MyVox tiffranka l-karta u tgħin biex issalva s-siġar. Il-fajls kollha jinsabu fl-ispazju tiegħek u l-laqgħat kollha jistgħu jsiru mingħajr karti. Minuti tal-laqgħat, gruppi, qsim ta’ fajls u ħafna aktar isiru kollha online.

Ekoloġikament responsabbli
Chatbot NetCare (AIR)